info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reazzjoni mill-MUT dwar l-Għeluq tal-Iskejjel

March 12, 2020 at 1:20 pm

Reazzjoni mill-MUT dwar l-Għeluq tal-Iskejjel

Fid-dawl tad-deċiżjoni mitluba mill-MUT dwar l-għeluq tal-iskejjel, l-MUT tilqa’ l-aħbar li l-iskejjel ser jagħlqu minn għada b’sodisfazzjon u ser tissokta bit-taħdidiet mal-gvern inkluż waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru li ġiet skedata tard illum wara nofsinhar. Ser inkomplu naġġornaw lill-membri hekk kif ikollna aktar informazzjoni.

AĠĠORNAMENT 1 – 13.21: L-MUT tikkonferma li kif qal il-Ministru tal-Edukazzjoni fil-konferenza stampa, l-iskola ser tkun magħluqa għall-edukaturi wkoll u mhux għall-istudenti biss.

AĠĠORNAMENT 2 – 13.37: Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru tal-Edukazzjoni li l-edukaturi kollha mhux sa jirraportaw għax-xogħol għada, l-MUT għadha kemm għamlet it-talba sabiex il-gradi kollha li hemm fl-iskejjel u fis-servizzi jiġu inklużi ma’ din il-lista.

Comments are closed.