info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reazzjoni għall-konferenza stampa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa

September 2, 2020 at 3:37 pm

Reazzjoni għall-konferenza stampa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa

L-MUT tinnota li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa taw informazzjoni dwar il-protokoll dwar il-ftuħ tal iskejjel. Dan huwa neċessarju sabiex kulħadd ikun infurmat dwar l-istandards li ser japplikaw għall-iskejjel. L-MUT dejjem sostniet dwar il-ħtieġa li dawn jiġu ppublikati.

Il-publikazzjoni tal-protokoll huwa pass wieħed mill-mixja twila li għad trid issir. Dan għaliex dan il-protokoll jeħtieġ diskussjonijiet intensivi biex jiġi mplimentat. Din ser tkun sfida kbira, u dan il-proċess ser ikun kruċjali sabiex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi u l-istudenti. L-MUT għaddejja b’taħdidiet mas-setturi kollha, inkluż mal-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti, sabiex dan il-protokoll jissawwar f’miżuri ta’ implimentazzjoni. Kif sostnejna diversi darbi, il-pożizzjoni tal-MUT dwar il-ftuħ tal-iskejjel ser tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-protokol u kif ukoll fuq is-sitwazzjoni tal-pandemija fil-ġimgħat li ġejjin. L-MUT ser tibqa’ f’kuntatt mal-membri matul dawn il-jiem u ġimgħat sabiex tisma’ u tagħti l-informazzjoni mitluba.

Comments are closed.