info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Punti importanti dwar l-istrajk (aġġornat kontinwament)

January 7, 2021 at 8:24 am

Punti importanti dwar l-istrajk (aġġornat kontinwament)

Dawn huma xi punti li jwieġbu ħafna mill-mistoqsijiet li qegħdin nirċievu.

Aġġornament 6: Infurmati li s-St. Michael’s Foundation ukoll qalbu kompletament online u għaldaqstant l-edukaturi f’din l-iskola mhux ser isegwu l-istrajk.

Aġġornament 5: Breakfast Club u Klabb 3-16 huma inklużi wkoll fl-istrajk.

Aġġornament 4: L-għalliema li qegħdin jaħdmu online mid-dar minħabba li huma high-risk, inkluż dawk tal-Virtual School, gradi tal-edukaturi li jirrapurtaw fl-uffiċju tal-Prinċipali u dawk Peripatetiċi u Sapport li jirrapurtaw fiċ-ċentri rispettivi huma inklużi fl-azzjoni industrijali.

Aġġornament 3: Is-St Martin’s College infurmawna li ser ikunu qegħdin jaħdmu online għal dawn il-jumejn u allura l-edukaturi f’dan il-kulleġġ ukoll mhux ser isegwu l-istrajk.

Aġġornament 2: L-istrajk ikopri wkoll il-gradi supply u dawk bi probation, li għandhom il-protezzjoni tal-Union ukoll.

Aġġornament: L-MCAST infurmawna wkoll li għal dawn il-jumejn ser ikunu qegħdin kompletament online. Għaldaqstant l-edukaturi kollha tal-MCAST mhux ser isegwu l-istrajk.

– L-MUT hija l-union li għandha r-recognition fis-settur u għalhekk meta tagħti direttiva tkopri lil kulħadd u mhux lill-membri tagħha biss;
– Strajk ifisser li ma jsirux lezzjonijiet, la l-iskola u lanqas online, u li ħadd ma jirraporta għax-xogħol inkluż SMT;
– Min iħaddem ma jistax isaqsi minn qabel min ser ikun qiegħed jobdi l-azzjonijiet industrijali;
– L-ITS għadhom kif infurmawna li dawn il-jumejn ser jaqilbu kompletament online u għaldaqstant m’humiex ser ikunu fuq strajk;
– Jekk istituzzjoni kollha tagħti direzzjoni biex it-tagħlim kollu jsir online f’dawn il-jumejn, ma japplikax l-istrajk.

Nota addizzjonali 6/1/2021 23:14:

The MUT is seeing media reporting of the Ministry claiming that the strike is not legitimate. MUT assures all that its industrial actions are legitimate as per legislation.

Furthermore the union notes that some personnel not working in schools are being directed to report to schools instead. MUT therefore directs all members to refrain from carrying out duties outside their roles and to refrain from replacing personnel who is on strike tomorrow and on Friday.

Comments are closed.