info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Pożizzjoni konsistenti dwar il-vaċċin

December 28, 2021 at 7:49 am

Pożizzjoni konsistenti dwar il-vaċċin

L-MUT qed tagħti l-pożizzjoni tagħha rigward il-vaċċin wara li xi wħud ippruvaw joħorġu konklużjonijiet qarrieqa minn kumment li ngħata lil sezzjoni tal-midja mill-President tal-union. Minn qabel ma wasal il-vaċċin, l-MUT ħadmet sabiex l-edukaturi u ħaddiema fl-iskejjel jingħataw priorità fit-teħid tal-vaċċin. Dan, iżda, qatt ma fisser li l-MUT kienet qed taqbel ma’ miżuri li jisfurzaw it-teħid tal-vaċċin. Tant hu hekk li l-union waqqfet żewġ skejjel milli jinfurzaw it-teħid tal-vaċċin b’mod obbligatorju.

L-MUT dejjem kienet konsistenti u ser tibqa’ ssostni li l-vaċċin għandu jkun aċċessibbli iżda li t-teħid tiegħu m’għandux ikun infurzat. Il-union tikkundanna lil kull min ipprova jgħawweġ il-fatti sabiex jagħmel ħsara lill-MUT jew lill-President tagħha.

Comments are closed.