info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
LSEs – 15-il minuta brejk

January 21, 2020 at 4:25 pm

LSEs – 15-il minuta brejk

L-MUT tixtieq tfakkar lil-LSEs li qegħdin ma’ studenti one-to-one li bil-Ftehim Settorali tal-2017 huma intitolati għal 15-il minuta brejk. Ta’ min jgħid ukoll li, għall-kuntrarju ta’ informazzjoni li waslet għand il-Union, l-MUT qatt ma ftiehmet ma’ ħadd sabiex din il-kwarta ma tingħatax. Fil-fatt f’Diċembru li għadda l-MUT iddikjarat dak li jissejjaħ ‘Breach of Agreement’ fejn ġew elenkati lill-awtoritajiet il-miżuri kollha li hemm fl-agreement li mhumiex qed jiġu onorati (issibu l-lista HAWN). Kif wieħed jista’ jara, dan il-punt huwa r-raba’ wieħed fil-lista. L-MUT ser tkun qed tiltaqa’ mal-Ministeru dwar dan u ser tkun qed tinforma lill-membri meta jkun hemm informazzjoni ġdida.

Comments are closed.