info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Laqgħa l-MUT dwar l-anomalija fis-salarju ta’ ċerti LSE2s

February 11, 2020 at 3:10 pm

Laqgħa l-MUT dwar l-anomalija fis-salarju ta’ ċerti LSE2s

Rigward l-anomalija fis-salarju li ġiet irrapurtata lill-MUT minn membri li huma LSE2s, illum kien hemm laqgħa oħra bejn l-MUT u l-Ministeru. Hawn nistgħu inħabbru li partijiet sostanzjali mill-problema ġew solvuti filwaqt li fadal parti oħra li għadna mwaħħlin peress li l-awtoritajiet m’humiex jaqblu li l-LSEs għandhom jieħdu dak li ħaqqhom. Għaldaqstant l-MUT ser issejjaħ laqgħa mal-LSEs li għandhom l-anomalija sabiex niddiskutu l-problema u flimkien nieħdu deċiżjoni fuq x’għandhom ikunu l-passi li jmiss. Din il-laqgħa ser tkun nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar 2020 fl-4pm l-MUT il-Ħamrun. Jekk jogħġbok irreġistra biex tattendi HAWN.

Comments are closed.