info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-offerta tas-Sagħtar għall-iskejjel u gruppi – aġġornament minn Fondazzjoni Sagħtar

November 12, 2021 at 4:41 pm

L-offerta tas-Sagħtar għall-iskejjel u gruppi – aġġornament minn Fondazzjoni Sagħtar

Għeżież kollegi, napprezzaw ħafna l-interess kbir li qegħdin turu fir-rivista Sagħtar. Ir-rispons tagħkom kien tajjeb ferm minn meta għamilna l-offerta għall-iskejjel, tant li kellna nerġgħu nistampaw ir-rivista mill-ġdid saħansitra għat-tieni darba!

Għalhekk, dawk minnkom li għadkom interessati li tagħmlu ordni bħala skola jew grupp, jew tixtiequ żżidu abbonamenti oħrajn man-numru oriġinali li tajtuna, tistgħu tagħmlu dan bla problemi, mis-sit stess jew billi tikkuntattjawna u niggwidawkom skont il-każ tagħkom.

Nirringrazzjaw ukoll lil kull min żarna fil-Festival tal-Ktieb il-ġimgħa l-oħra. Kien pjaċir kbir għalina li ltqajna ma’ xi wħud minnkom u ma’ xi studenti minn tagħkom.

Inħeġġukom tkomplu xxerrdu l-kelma favur is-Sagħtar sabiex kemm jista’ jkun studenti jgawdu t-tagħrif, id-divertiment u t-tagħlim li reġgħet bdiet toffri, b’format modern u interattiv, din ir-rivista magħrufa, bħalma gawdejna minnha aħna lkoll f’dawn l-aħħar 50 sena.

Tislijiet u nisimgħu mingħandkom

Fondazzjoni Sagħtar

info@saghtar.org.mt

Comments are closed.