info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tkompli n-negozjati tal-ftehim kollettiv tal-MCAST

October 11, 2022 at 12:01 pm

L-MUT tkompli n-negozjati tal-ftehim kollettiv tal-MCAST

Wara diżgwit li nqala’ bejn l-MUT u l-MCAST kmieni dan is-sajf, dovut għall-fatt li minuti mhux magħrufa tal-laqgħat ta’ negozjati inħarġu mingħajr għarfien u approvazzjoni tal-MUT, matul is-sajf kien hemm diskussjoni bejn l-avukati tal-MUT u dawk tal-MCAST li ser iwasslu sabiex sitwazzjoni bħal din ma terġax isseħħ. Għaldaqstant, l-MUT u l-MCAST ser ikomplu bin-negozjati tal-ftehim kollettiv u diġà hemm laqgħat skedati fil-jiem li ġejjin. L-MUT ser tkun qed tiltaqa’ mal-gradi kollha inklużi fil-ftehim kollettiv sabiex jitkompla l-proċess tad-diskussjoni tal-proposti. Il-Union tirringrazzja lid-delegati u membri tas-sapport.

Comments are closed.