June 15, 2021 at 2:33 pm
L-MUT titlob l-intervent tas-Segretarju Permanenti Ewlieni dwar nuqqas ta’ għoti ta’ leave mill-Ministeru tal-Edukazzjoni
Diskussjoni ta’ diversi ġimgħat bejn l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni ma wasslet għall-ebda soluzzjoni dwar il-każijiet ta’ talbiet għal leave biex tipprova impjieg alternattiv, li qed jiġu rrifjutati bla raġuni valida. Għaldaqstant, l-MUT eskalat il-każ quddiem is-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-uffiċju tal-Prim Ministru u talbet l-intervent tiegħu sabiex tinstab soluzzjoni. Il-union mhux ser taċċetta li dak li huwa stipulat fil-PSMC, u li kien jingħata lill-edukaturi sa ftit tax-xhur ilu, ma jibqax jingħata minħabba deċiżjoni arbitrarja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. L-MUT ser tkompli ssegwi l-każ sabiex ma ssirx inġustizzja mal-edukaturi.