info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tilqa’ l-ftehim bejn il-Ministeru u l-iskejjel indipendenti

April 18, 2020 at 11:15 am

L-MUT tilqa’ l-ftehim bejn il-Ministeru u l-iskejjel indipendenti

L-MUT tilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim milħuq bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Independenti (ISA) dwar l-għajnuna mill-gvern lill-iskejjel indipendenti u l-familji li wliedhom jattendu f’dawn l-iskejjel. L-MUT, li kienet qed issegwi dawn l-iżviluppi mill-qrib matul l-aħħar ġimgħat, tirrikonoxxi l-impenn tal-Gvern favur dan is-settur u l-edukaturi fl-iskejjel indipendenti filwaqt li tfaħħar l-għaqal tal-mexxejja tal-iskejjel indipendenti rappreżentati mill-ISA matul id-diskussjonijiet li kienu impenjattivi ferm.

Comments are closed.