info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tespandi l-ħidma ma’ gradi li tradizzjonalment ma kienux rappreżentati minnha

November 16, 2020 at 10:15 am

L-MUT tespandi l-ħidma ma’ gradi li tradizzjonalment ma kienux rappreżentati minnha

Hekk kif aktar membri li tradizzjonalment kienu rappreżentati miż-żewġ trade unions ġenerali qed jersqu lejn l-MUT sabiex tirrappreżentahhom, il-union qed tagħmel eżerċizzju intern sabiex tiddiversifika l-operat tagħha f’oqsma ġodda. Dan qed isir fid-dawl li gradi, li qed jitkellmu mal-MUT, qed isostnu li m’għadx għandhom fiduċja fiż-żewġ unions ġenerali iżda qed jaraw l-MUT bħala l-għażla naturali tagħhom sabiex itejbu l-kundizzjonijiet u jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tagħom fil-postijiet tax-xogħol. Gradi diversi li tkellmu mal-MUT sostnew li filwaqt li l-unions ġenerali għandhom rabtiet u interessi ċari li jxekkluhom milli jkunu l-vuċi tal-impjegati, l-MUT bħala union serja, ta’ esperjenza vasta u kif ukoll union apolitika, hi l-għażla naturali. Intant, matul l-aħħar sentejn, mill-inqas seba’ gradi ġodda li ma kienux rappreżentati mill-MUT ingħaqdu mal-union u r-rikonoxximent ewlieni mill-MUT diġà nkiseb jew qiegħed jinkiseb f’dawn il-jiem.

Comments are closed.