info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tawgura lill-edukaturi u l-istudenti fil-ftuħ tas-sena akkademika

October 3, 2022 at 3:55 pm

L-MUT tawgura lill-edukaturi u l-istudenti fil-ftuħ tas-sena akkademika

Hekk kif illum tibda wkoll is-sena akkademika tal-Università ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Istitut Għall-istudji Turistiċi fost l-oħrajn, l-MUT tawgura lill-gradi kollha tal-edukaturi u l-istudenti sabiex ikollhom sena akkademika mill-aqwa. Il-union tinstab ftit jiem il-bogħod sabiex tiffirma l-ftehim kollettiv il-ġdid tal-Università ta’ Malta Junior College filwaqt li għaddejja bin-negozjati tal-ftehim kollettiv tal-MCAST, l-ITS u l-IFE. Il-ħidma tal-union fis-settur post-sekondarju u dak terzjarju tkompli fl-interess tal-membri u tal-istudenti.

Comments are closed.