September 7, 2020 at 12:55 pm
L-MUT b’taħdidiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni dwar edukaturi vulnerabbli
Din il-ġimgħa ser jintensifikaw it-taħdidiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar edukaturi vulnerabbli u hu mistenni li l-MUT u l-Ministeru jsibu soluzzjonijiet prattiċi u li jħarsu l-interess ta’ kulħadd. L-MUT tqis din il-kwistjoni bħala waħda ta’ prijorità fid-diskussjonijiet li qed isiru. Il-union mhix lesta li taċċetta li persuni vulnerabbli jkollhom riskji għas-saħħa tagħhom u dan għamlitu ċar matul id-diskussjonijiet li qed isiru. Aktar informazzjoni tingħata fil-jiem li ġejjin.