info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT b’reazzjoni għall-informazzjoni qarrieqa maħruġa mill-MCAST bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni

June 22, 2021 at 9:27 am

L-MUT b’reazzjoni għall-informazzjoni qarrieqa maħruġa mill-MCAST bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni

Ilbieraħ it-Tnejn 21 ta’ Ġunju l-MUT u l-MCAST kellhom laqgħa twila ta’ medjazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima industrijali bejn iż-żewġ partijiet. Din il-laqgħa, f’ħin minnhom, kellha titwaqqaf u titkompla illum minħabba li l-MCAST talbu l-preżenza mingħajr preavviż ta’ uffiċjal ewlieni fl-Industrial Relations Unit. Dan, iżda, ma kienx disponibbli minkejja li kemm l-MUT, l-MCAST u anki l-medjatur kienu disponibbli li jkomplu l-laqgħa għal kemm kien hemm bżonn.

Għaldaqstant, ġie miftiehem li l-laqgħa tkompli llum it-Tlieta. Madanakollu, u kuntrarju għall-ispirtu ta’ medjazzjoni, l-MCAST bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni nfexx f’attakk fuq l-MUT u l-membri tagħha b’theddid ta’ azzjonijiet legali permezz ta’ stqarrija. Dan mhux aċċettabbli għall-MUT, u huwa ċar li l-MCAST u l-Ministeru ma jridux jilħqu ftehim. L-MUT xorta ser tattendi l-laqgħa ta’ medjazzjoni li ser issir illum iżda lesta li teskala l-azzjonijiet industrijali jekk l-eżitu tal-laqgħa ma jkunx dak mixtieq.

Comments are closed.