info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT bi protest ġudizzjarju kontra l-ogħla tmexxija tal-MCAST

June 10, 2022 at 2:45 pm

L-MUT bi protest ġudizzjarju kontra l-ogħla tmexxija tal-MCAST

L-MUT illum fetħet protest ġudizzjarju kontra l-MCAST wara li, hekk kif għadhom kif bdew in-negozjati għall-ftehim kollettiv il-ġdid mal-kulleġġ, il-proċess diġà beda jiġi mminat mill-ogħla tmexxija tal-MCAST. L-MUT saħqet li tilfet il-fiduċja fl-ogħla tmexxija tal-MCAST u tistenna li dawn jimxu mal-proċeduri stabbiliti fin-negozjati mingħajr bsaten fir-roti, imminar, u attitudni li xxekkel il-proċess. Il-membri fl-MCAST qegħdin jiġu infurmati b’aktar dettalji, fejn fost l-oħrajn l-MUT qiegħda ssostni li mhux ser tkun qiegħda taċċetta li jsiru negozjati fil-preżenza tal-Prinċipal/CEO tal-kulleġġ.

Comments are closed.