info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT b’appell lill-membri sabiex jgħinu lill-vittmi tal-invażjoni fl-Ukrajna permezz tal-ġbir mill-Caritas Malta

March 3, 2022 at 10:57 am

L-MUT b’appell lill-membri sabiex jgħinu lill-vittmi tal-invażjoni fl-Ukrajna permezz tal-ġbir mill-Caritas Malta

Wara kuntatt ma’ Caritas Malta, l-MUT qed tgħaddi din l-informazzjoni lill-membri għal min jixtieq jgħin fil-ġbir ta’ fondi. Dawn huma d-dettalji li Caritas Malta għadditilna. L-MUT tirringrazzja lil Caritas u lil entitajiet oħra li qegħdin jagħmlu xogħol kbir umanitarju.

ĠBIR TA’ FONDI GĦALL-UKRAJNA CARITAS MALTA B’SEJĦA TA’ EMERĠENZA

Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tal-Ukrajna li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba l-gwerra. Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta qed tieħu biex tgħin lill-poplu Ukren.

Madwar tliet miljun persuna Ukrena għandhom bżonn għajnuna umanitarja wara l-attakki mir-Russja li bdew fl-24 ta’ Frar. L-attakki mill-armata Russa għamlu diversi ħsarat f’diversi bliet fil-Lvant tal-Ukrajna, fosthom fil-kapitali Kyiv, fejn ġew ibbumbardjati djar, appartamenti, sptarijiet u skejjel.

Caritas Malta qed tappella għad-donazzjonijiet biex permezz ta’ Caritas Internationalis tingħata l-assistenza tant meħtieġa f’dan il-pajjiż. L-għajnuna se tissarraf f’ikel, ilma, akkomodazzjoni u oġġetti għall-iġene personali. Se tingħata wkoll għajnuna lill-persuni vulnerabbli sabiex jingħaqdu mal-qraba tagħhom li jinsabu f’żoni siguri filwaqt li qed jinħolqu wkoll spazji rikreattivi għat-tfal. Dan biex huma jkunu jistgħu jipparteċipaw fi sports u attivitajiet li jtaffu ftit mit-tbatija psikoloġika li għaddejjin minnha.

– Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jibgħat ċekk pagabbli lill-Fondazzjoni Caritas Malta – Emergency Aid Fund, indirizzat: Caritas Community Centre, Emergency Aid Commission, Triq Mountbatten, il-Ħamrun, ĦMR 1577.

– Persuna tista tiġi tagħti d-donazzjoni direttament fl’indirizz imsemmi hawn fuq.

– Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:

            – HSBC MT22MMEB44897000000089021513051

            – BOV MT78VALL22013000000040023270071

            – APS MT31APSB77046000489010489011015

– Min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 22199000

– Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani fil-parroċċi biex jgħadduhom lil Caritas Malta.

Comments are closed.