info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-introduzzjoni tas-Suġġetti Applikati SEAC (Core) fl-Iskejjel Sekondarji: Aġġornament u Sospensjoni tad-Direttiva

May 8, 2019 at 3:28 pm

L-introduzzjoni tas-Suġġetti Applikati SEAC (Core) fl-Iskejjel Sekondarji: Aġġornament u Sospensjoni tad-Direttiva

L-MUT u-L-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ilhom diversi ġimgħat jiddiskutu t-triq ‘il quddiem dwar is-suġġetti SEAC (Core) fil-Matematika, Malti, Ingliż u Xjenza li qed jiġu proposti. Wara numru ta’ laqgħat ta’ konċiljazzjoni, dan li ġej huwa dak li ġie miftihem:

1) Il-management joffri l-opportunità lill-għalliema kollha konċernati biex jinġabru u jaħdmu fuq l-abbozzi tas-sillabi core applikati u jgħaddu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-management jieħu ħsieb ukoll li jsiru l-laqgħat u t-tħejjijiet neċessarji biex l-għalliema jkunu mħejjijin fuq is-sillabi emendati;

2) Fuq talba tal-MUT is-sehem tal-għalliema fuq is-sillabi u l-attendenza ghal hands-on workshops organizzati mill-management ma jfissrux li l-iskejjel ser ikunu obbligati jintroduċu u jghallmu dawn is-suġġetti;

3) Wara li s-sillabi finali tal-core applikati (MQF sa Livell 3 u eżaminat mill-MATSEC bħala SEAC) jkunu ippublikati, il-management jikkonsulta lill-għalliema ta’ kull suġġett f’kull skola sekondarja dwar jekk jagħżlux li jiddaħħlu s-suġġetti core applikati fl-iskejjel individwali tagħhom jew jekk jinżammux is-sillabi attwali tat-Track 1 u/jew tas CCP (MQF sa Livell 2). Il-konsultazzjoni ssir fuq kull suġġett u ma’ kull skola individwali. Dan il-proċess jerġa’ jsir sussegwentement fis-snin ta’ wara fl-iskejjel fejn ikun ġie deċiż li ma jidħlux;

4) Matul dan il-proċess ma għandhiex issir pressjoni fuq l-għalliema sabiex jiddeċiedu minn issa dwar l-introduzzjoni ta’ dawn is-suġġetti;

5) Id-deċiżjoni finali hi tal-għalliema tal-iskola rispettivi.

Fid-dawl ta’ dan l-MUT qed tissospendi d-direttiva li kienet ħarġet dwar is-SEAC (Core) filwaqt li tistieden lill-membri sabiex iwasslu kull informazzjoni li ma tkunx konformi ma’ dan li hawn miktub. Intant id-diskussjonijiet fuq is-suġġetti vokazzjonali għadhom għaddejjin.

Comments are closed.