info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-għalliema fis-Sekondarji ser jiddeċiedu jekk jidħlux is-Suġġetti Applikati SEAC (Core) fl-iskola tagħhom

May 14, 2019 at 4:09 pm

L-għalliema fis-Sekondarji ser jiddeċiedu jekk jidħlux is-Suġġetti Applikati SEAC (Core) fl-iskola tagħhom

B’referenza għall-aġġornament li l-MUT ħarġet il-ġimgħa li għaddiet dwar l-introduzzjoni tas-Suġġetti Applikati SEAC (Core) fl-Iskejjel Sekondarji (Matematika, Malti, Ingliż u Xjenza), id-direttiva ġiet sospiża u allura l-membri issa jistgħu jattendu għal-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar is-sillabi kif hemm fiċ-ċirkulari DLAP 169/2019. Wara l-laqgħa u kif joħorġu s-sillabi riveduti, l-għalliema ta’ kull skola u kull suġġett ser jiddeċiedu bejniethom fl-iskola tagħhom jekk jidħolx is-SEAC jew inkella jekk jibqgħux bis-sillabi tas-CCP jew Track 1.

Infakkru lil kulħadd li matul dan il-proċess ma għandhiex issir pressjoni fuq l-għalliema sabiex jiddeċiedu minn issa dwar l-introduzzjoni ta’ dawn is-suġġetti. Apparti dan jekk membru jħossu li qed issir pressjoni fuqhom, għandhom jikkuntattjaw lill-Union minnufih.

Comments are closed.