info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Kjarifika dwar iċ-Ċirkulari mill-MEDE rigward il-korsijiet għal LSE3

June 19, 2019 at 3:34 pm

Kjarifika dwar iċ-Ċirkulari mill-MEDE rigward il-korsijiet għal LSE3

L-MUT tirreferi għaċ-Ċirkulari DES 09/2019 rigward il-korsijiet LSE3 u l-progression. Minn informazzjoni li kisbet il-Union, l-iskop ta’ din iċ-Ċirkulari huwa sabiex tikkonferma li l-progression tibda dejjem minn Lulju tas-sena li fiha jispiċċa l-kors għal LSE3. Dan sabiex jekk ikun hemm korsijiet li jispiċċaw ftit qabel jew wara oħrajn, il-cut-off date, jiġifieri l-bidu tal-istep li jmiss fil-grad li l-persuna tkun fih, dejjem tkun Lulju. Bħala kjarifika, min ħa l-grad ta’ LSE3 din is-sena l-progression tibda minn din is-sena kif isir għal kull min jieħdu grad ġdid u mhux fl-2021 kif forsi m’huwiex ċar fiċ-Ċirkulari. Fil-fatt, din iċ-Ċirkolari tirreferi biss għal min beda l-kors din is-sena u ser jispiċċa fil-2021. Rigward seniority fil-grad il-ġdid, din tinħadem skont ir-riżultat fl-aħħar interview li jkun sar.

Min jixtieq informazzjoni speċifika jew jikkjarifika s-sitwazzjoni personali jista’ dejjem jikkuntattja lill-MUT bħas-soltu.

Comments are closed.