info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
It-theddid mir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-konfront tal-istaff tal-kulleġġ ikompli

August 10, 2022 at 10:26 am

It-theddid mir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-konfront tal-istaff tal-kulleġġ ikompli

Hekk kif illum ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir ħareġ sejħiet għal żewġ kapijiet tal-iskola, ir-reazzjoni tal-istaff kienet mistennija hekk kif raw li r-Rettur u l-bord baqgħu għaddejjin mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni. Ftit wara filgħodu stess, l-MUT irċeviet komunikazzjoni mingħand l-istess Rettur, fejn qiegħed jhedded li jieħu passi bil-pulizija fil-konfront ta’ membri tal-istaff li qed jiktbu fil-paġni ta’ Facebook.

Dan l-aġir sfortunatament issa sar sinonimu mat-tmexxija tal-Kulleġġ mir-Rettur u mill-bord, li fi ftit jiem bagħat ittri legali lill-membri tal-istaff li pparteċipaw fi protesta paċifika filwaqt li għamel kull attentat sabiex jagħlaq ħalq dawk kollha li ma jaqblux miegħu. L-MUT qed tippubblika l-komunikazzjoni li rċeviet mir-Rettur u kif ukoll it-tweġiba tal-MUT.

Il-messaġġ li bagħat ir-Rettur aktar kmieni illum:

Għażiż Sur Bonnici,
Permezz ta’ din l-emejl nitolbok biex tiġbed l-attenzjoni tal-membri tiegħek biex joqogħodu attenti l-kummenti li jiktbu fil-konfront tiegħi u tal-patrijiet fuq il-paġna ta’ facebook tal-kulleġġ u tiegħi personali.
Mehmuż ma’ din l-emejl qiegħed nibagħtlek screen shot ta’ kumment dispreġjattiv, provokattiv u li jikser il-liġi. Jekk ma’ tinġibidtx l-attenzjoni ikolli nieħu passi mal-pulizija.
Għandi fiduċja fik li ser tieħu l-passi meħtieġa u tinġibed l-attenzjoni.
Dejjem tiegħek,Fr. Aaron

It-tweġiba tal-MUT:

Dear Fr Zahra,
The MUT is taking note of your communication, but we can assure you that the union and our members will not be intimidated by your actions.
Your leadership at the college is being characterized by axing of initiatives and individuals, and whenever this is not deemed possible, you are resorting to threats through legal letters and communications like the subjoined. You do not accept any dissent whatsoever and you are expecting everyone to bow at your wishes. Were you expecting to be applauded for issuing the calls for heads after sacking Mr Mario Mallia? Is this the leadership you want for the college, based on threats rather than dialogue, based on axing rather than embracing individuals, based on dismissal rather than recognizing and building upon ideas of others. This leadership style will not stand anywhere, let alone at the college.
The MUT will continue to support members at the college come what may, and is renewing the mistrust in your rectorship and in the pseudo board which is supposedly backing your actions.
Please be informed that this communication is being published.
Regards,Marco Bonnici, MUT President

Comments are closed.