info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Ippubblikat is-Sagħtar t’Ottubru 2021 – Abbona issa u tibda tirċevih kull xahar!

October 13, 2021 at 4:21 pm

Ippubblikat is-Sagħtar t’Ottubru 2021 – Abbona issa u tibda tirċevih kull xahar!

L-ewwel ħarġa tar-rivista Sagħtar għal din is-sena skolastika, jiġifieri n. 363 t’Ottubru 2021, għadha kif ġiet ippubblikata u se tkun qed tintbagħat bil-posta lil min abbona f’dawn il-jiem. B’taħlita ta’ artikli interessanti, kurżitajiet, logħob, stejjer, poeżiji, ċajt, komiks u kompetizzjonijiet sbieħ, is-Sagħtar huwa rinomat ma’ kulħadd bħala qari interessanti u miktub b’Malti tajjeb, li bih it-tfal jistgħu jieħdu pjaċir jaqraw u jitgħallmu fl-istess ħin.

Abbona issa u tibda tirċevih stampat kull xahar, jew inkella tista’ taqra l-verżjoni diġitali minn fuq kompjuter, mowbajl jew tablet fis-sit saghtar.org.mt. Fil-ħanut tas-sit issibu wkoll offerta ideali għal abbonamenti minn skola jew fi grupp, u l-edizzjonijiet imtellgħin online jinkludu siltiet moqrija (audio files) u attivitajiet oħrajn li wieħed jista’ jagħmel.

Ir-rivista Sagħtar hija maħruġa minn Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT. Aktar informazzjoni fuq saghtar.org.mt. Il-qari t-tajjeb!

Comments are closed.