April 8, 2022 at 8:42 am
Informazzjoni mhux veritiera dwar postijiet vakanti fit-tagħlim tal-kompjuter
Matul dawn l-aħħar sigħat l-MUT irċeviet informazzjoni dwar ħlasijiet differenti għal persuni li ser ikunu ingaġġati sabiex jimtlew postijiet vakanti fit-tagħlim tal-kompjuter. L-MUT iċċekkjat dwar dan u għandha konferma li din hi biss diċerija bħal mijiet li jkun hemm fis-settur, u ma hemm l-ebda bażi veritiera dwarha. Fil-komunikazzjoni mal-Ministeru dwar dan ġie kkonfermat ukoll li l-espressjoni ta’ interess qed tinħareġ bir-rati u sistemi ta’ ħlasijiet stabbiliti diġà.