info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-logħba tal-gvern dwar il-ftuħ l-iskejjel

September 22, 2020 at 1:31 pm

Il-logħba tal-gvern dwar il-ftuħ l-iskejjel

Sorsi mhux uffiċjali qegħdin konsistement jgħidu lill-MUT li d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-iskejjel kif maħsuba mill-gvern f’dal-ġimgħat li għaddew kienet li l-gvern jiftaħ l-iskejjel, anki jekk imbagħad jaf li ser jagħlaq wara ftit ġimgħat minħabba d-diżastru li inevitabilment ser jinħoloq hekk kif dawn jiftħu fiċ-ċirkustanzi preżenti. Dan biex imbagħad il-gvern ma jkollu xejn ħlief jgħid li pprova kif wiegħed imma s-sitwazzjoni hi dak li hi. Għaldaqstant l-MUT terġa’ tappella lill-gvern sabiex ma jkunx il-kaġun tal-każijiet ġodda li żgur li ser ikun hemm u jipposponi l-ftuħ tal-iskejjel u l-instituzzjonijiet edukattivi immedjatament. Jekk dan ma jsirx, ser ikollna sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin fil-pajjiż ferm agħar milli hi issa, li ta’ min ngħidu li diġà hija ħafna agħar minn Marzu li għadda.

Sadattant l-MUT ser tkompli tinforma immedjatament lill-membri bl-iżviluppi fis-sitwazzjoni. Infakkru lil kulħadd li dan qed nagħmluh sabiex nipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tat-tfal u ta’ kulħadd.

Comments are closed.