info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-letturi tal-Junior College fl-Università ta’ Malta jagħżlu l-MUT bħala l-unika union tagħhom

June 8, 2021 at 3:47 pm

Il-letturi tal-Junior College fl-Università ta’ Malta jagħżlu l-MUT bħala l-unika union tagħhom

Illum, matul il-jum, kien hemm votazzjoni għaddejja fil-Junior College, fejn membri tal-MUT u tal-Umasa intalbu jivvutaw għall-union li jridu li tirrappreżentahom. Hekk kif għalqet il-votazzjoni u ingħaddu l-voti fil-preżenza ta’ rappreżentanti taż-żewġ unions, flimkien mar-rappreżentant tad-Direttur tax-Xogħol, l-għadd ikkonferma li l-voti kollha li ntefgħu kienu għall-MUT filwaqt li ĦADD ma vvota lill-Umasa.

Filwaqt li l-MUT qed tistenna li r-riżultat tal-proċess ikun iffinalizzat b’mod uffiċjali, l-għażla hija ċara u l-MUT biss ser tkun qed tirrappreżenta lill-Junior College minn issa ‘l quddiem. L-MUT tistenna li jitkomplew id-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv mill-aktar fis għall-benefiċċju tal-membri. Sadattant, l-MUT tirringrazzja lill-membri kollha tas-sapport kontinwu matul dan il-proċess.

Comments are closed.