info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-Kunsill tal-MUT jrid li kulħadd ikun jista’ jipparteċipa fil-proċess lejn ftehim ġdid

May 26, 2024 at 10:31 am

Il-Kunsill tal-MUT jrid li kulħadd ikun jista’ jipparteċipa fil-proċess lejn ftehim ġdid

Kif nistgħu ninjoraw li llum nistgħu nagħmlu online meetings? Kif nistgħu ninjoraw li llum nistgħu nagħmlu online vote? Timmaġinaw li kieku wara li ilna snin nużaw l-online meetings, inwaqqfuhom fl-aktar żmien importanti biex ninfurmaw dwar il-ftehim?

Kienu dawn l-iżviluppi li wasslu sabiex il-Kunsill tal-MUT jippreżenta mozzjoni u jivvota b’mod unanimu sabiex il-laqgħat jilħqu lil kull membru. L-istess ġara dwar il-vot li ser isir online sabiex jilħaq lil kull membru bl-aktar mod effettiv.

Għaldaqstant, min ma jistax jattendi l-laqħat face-to-face li ser isiru Malta u Għawdex jista’ jattendi għal laqgħat online li ser isiru matul il-ħamest ijiem li ser tkun miftuħa l-votazzjoni. Aktar dettalji dwar il-laqgħat online ser jitħabbru dalwaqt. Matul l-istess perjodu, l-membri jistgħu jibbukkjaw sabiex jaraw il-ftehim. Il-proċedura hi demokratika, trasparenti u ġusta. 

Kieku m’ għamilniex online meetings u online vote konna niġu kkritikati li qed nillimitaw l-informazzjoni tal-ftehim għal dawk biss li jistgħu jattendu l-laqghat face-to-face. Dan filwaqt li konna niġu kkritikati li mhux il-membri kollha kien se jkollhom iċ-ċans li jivvutaw għall-ftehim. L-MUT taħdem fl-interess tal-membri kollha u mhux tal-ftit.

Comments are closed.