info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Stqarrija: Il-ħidma tal-edukaturi ma tistax tisfa vittma ta’ deċiżjonijiet politiċi

November 24, 2020 at 9:45 am

Stqarrija: Il-ħidma tal-edukaturi ma tistax tisfa vittma ta’ deċiżjonijiet politiċi

Fid-dawl tal-bidla fit-tmexxija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni kif imħabbra fi tmiem il-ġimgħa, l-MUT hi mħassba ferm dwar ir-rabta li qed tipprova tintiseġ li tali bidla hi dovuta għal falliment fil-qasam edukattiv. Il-qasam edukattiv altru milli falla, u xhieda ta’ dan hi l-ħidma sfieqa u kontinwa tal-edukaturi li kemm f’Marzu u fix-xhur ta’ wara mid-djar kif ukoll fil-perjodu tal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel ħadmu qatigħ sabiex l-istudenti jkomplu jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità matul il-pandemija. L-MUT tħoss li l-edukaturi u l-istudenti m’għandhomx ikunu vittma ta’ deċiżjonijiet politiċi li ma għandhom l-ebda rabta mal-edukazzjoni. Għaldaqstant l-MUT tistenna li l-Ministru l-ġdid tkompli taħdem u tibni fuq dak kollu li hu tajjeb fis-settur, speċjalment dak li nbena waqt il-pandemija, sabiex l-iskejjel ikomplu jkunu megħjuna u l-ħidma tal-edukaturi tkompli ssir f’kuntest li jassigura l-aqwa miżuri ta’ saħħa u sigurtà.

Comments are closed.