info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-Ftehim Kollettiv/Settorali tal-LSEs – kjarifika

June 19, 2023 at 11:00 am

Il-Ftehim Kollettiv/Settorali tal-LSEs – kjarifika

L-MUT qed tkompli tirċievi informazzjoni dwar min qed jgħid li n-negozjati tal-ftehimiet dwar l-LSEs qed jagħmilhom ħaddieħor u mhux l-MUT. Din hi gidba. L-MUT u l-Gvern, u b’mod parallel l-MUT u l-awtoritajiet tal-Knisja, ilhom għaddejjin bin-negozjati għall-gradi kollha tal-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja rispettivament minn Diċembru 2022. Ħadd ħlief l-MUT ma hu involut f’dawn in-negozjati, u kull informazzjoni differenti minn din hi qarrieqa. L-MUT tinsab imħassba bl-instabbiltà li qed tinżera’ minn min għandu kull intenzjoni li jfixkel dawn in-negozjati, għall-gwadann personali tiegħu. L-MUT twissi li din l-instabbiltà ser taffettwa n-negozjati, speċjalment dawk dwar l-LSEs. L-MUT u l-awtoritajiet edukattivi għaddejjin bin-negozjati dwar l-aspetti kollha li qed jaffettwaw lil-LSEs, inklużi s-seniority, ir-rikonoxximent tal-LSE bħala professjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pakkett finanzjarju, u b’mod parallel il-job description.

L-MUT issostni li għandu jinżamm responsabbli personalment kull min qed jiżra’ informazzjoni qarrieqa. Peress li dan kollu jista’ jwassal sabiex l-LSEs jieħdu inqas minn dak li ħaqqhom, huma l-LSEs stess li għandhom jieqfu għal dan u ma jħallux it-tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa. L-MUT tappella lil-LSEs sabiex ma jappoġġjawx lil min irid jużahom u jrid idaħħalhom fi sqaq f’battalji personali u li mhumiex tagħhom.

Comments are closed.