November 3, 2022 at 3:06 pm
Għid tiegħek fil-ftehim tiegħek – Konferenzi Nazzjonali mill-MUT
Kif tħabbar mill-MUT u kif ukoll mill-Gvern, l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni f’Jannar li ġej ser jibdew in-negozjati għal ftehim settorali għall-iskejjel tal-istat. Għaldaqstant, kif ħabbret matul is-sajf, l-MUT ser torganizza sensiela ta’ konferenzi nazzjonali għall-membri sabiex tiddiskuti l-ftehim settorali. Dawn il-konferenzi huma miftuħa biss għall-membri tal-MUT mill-iskejjel tal-istat u dawk tal-knisja li jkunu rreġistraw sabiex jattendu. Il-membri huma mħeġġa sabiex jirreġistraw mill-aktar fis minħabba li l-attendenza hi ristretta skont il-qies tas-sala tal-konferenzi.
L-MUT ser tkun qed torganizza wkoll laqghat għal gradi oħra rrappreżentati fil-ftehim, u kif ukoll għal gruppi speċifiċi. Dawn ser jitħabbru matul il-ġimgħat li ġejjin. L-ewwel sensiela ta’ konferenzi, skont il-gradi, ser isiru kif spjegat hawn.
Skeda, flimkien ma’ link b’aktar informazzjoni u biex tirreġistra:
– L-Erbgħa 16 ta’ Novembru – Għalliema. Irreġistra HAWN.
– Il-Ħamis 17 ta’ Novembru – Kindergarten Educators (KGEs). Irreġistra HAWN.
– Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru – Learning Support Educators (LSEs). Irreġistra HAWN.
– It-Tnejn 21 ta’ Novembru – Heads of Department (HODs). Irreġistra HAWN.
– L-Erbgħa 23 ta’ Novembru – Assistant Heads (AHs). Irreġistra HAWN.
– Il-Ħamis 24 ta’ Novembru – Education Officers (EOs). Irreġistra HAWN.
– Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru – Gradi Supply. Irreġistra HAWN.
– It-Tnejn 28 ta’ Novembru – Heads of School (HOS). Irreġistra HAWN.
– L-Erbgħa 30 ta’ Novembru – Għawdex, gradi kollha. Irreġistra HAWN.
– Il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru – Gradi Tekniċi. Irreġistra HAWN.
L-MUT tirringrazzja lill-membri tas-sapport kontinwu, partikolarment sabiex ikun iffaċilitat kemm jista’ jkun dan il-proċess.
—
Dwar il-laqgħat li ser ikunu l-IBMC Conference Room: aktar informazzjoni dwar kif tasal
Il-mappa turi l-entratura, li hija minn Triq il-Baċir. Il-bini huwa tal-IBMC (Institute of Business Management and Commerce) u hemm parkeġġ underground.
Kif tasal: wara li tipparkja, idħol fil-lift tal-iStudents House (staqsi lis-security fil-bieb tal-parkeġġ jekk ma tafx liema hu) u itla’ livell 0. Oħroġ mill-bini tal-iStudents House u l-IBMC qiegħed faċċata.