info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Fondazzjoni Sagħtar issellem lil Mario Azzopardi

March 11, 2022 at 3:53 pm

Fondazzjoni Sagħtar issellem lil Mario Azzopardi

Fondazzjoni Sagħtar issellem lill-poeta Mario Azzopardi, li llum 11 ta’ Marzu 2022 għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Azzopardi, bħala membru fil-Moviment Qawmien Letterarju, kien kofundatur tar-rivista maħbuba Sagħtar, li ħarġet għall-ewwel darba f’Jannar 1971 u għadha ħajja sal-lum. Kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb tiegħu. Jistrieħ fis-sliem.

Comments are closed.