info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Fondazzjoni Sagħtar fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

October 29, 2021 at 4:38 pm

Fondazzjoni Sagħtar fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Fondazzjoni Sagħtar, fi ħdan l-MUT, ħabbret li ser tkun fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 bejn it-3 u s-7 ta’ Novembru l-MFCC Ta’ Qali. Mal-istand ser ikun hemm għażla ta’ kotba flimkien ma’ għadd ta’ edizzjonijiet tar-rivista Sagħtar li wieħed ikun jista’ jara u jixtri. Ser ikun hemm ukoll offerta speċjali esklussivament għal min iżur l-istand fil-jiem tal-festival. Għaldaqstant inħeġġukom iżżuru l-festival u tiġu taraw ir-rivista u l-pubblikazzjonijiet aktar mill-qrib.

Aktar informazzjoni ssibuha fil-websites tal-Fondazzjoni HAWN u tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb HAWN.

Comments are closed.