May 29, 2019 at 12:12 pm
Id-direttivi tal-Malti u Matematika jibqgħu fis-seħħ wara li l-Ministeru ma ħa l-ebda passi biex tissolva l-problema
L-MUT tinnota li tmien xhur wara li bdew id-direttivi għall-għalliema u HODs tal-Malti u l-Matematika, is-sitwazzjoni mhux talli baqgħet l-istess iżda marret lura. Għalliema ta’ diversi suġġetti, l-aktar tal-Malti u Matematika, ilhom madwar sena jingħataw aktar lezzjonijiet minn kemm indikat fil-ftehim, jiġifieri massimu ta’ 24 lezzjoni u 1 replacement (24+1), u l-indikazzjonijiet juru li għas-sena […]
read more »











