info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Fondazzjoni Sagħtar – Abbonament fis-Sagħtar u Sagħtarin

October 2, 2024 at 3:29 pm

Fondazzjoni Sagħtar – Abbonament fis-Sagħtar u Sagħtarin

Fondazzjoni Sagħtar tfakkar u tħeġġeġ lill-iskejjel biex jabbonaw bħala grupp fir-rivista Sagħtar u fil-ktieb tal-attivitajiet Sagħtarin. Sagħtarin hu ideali għat-tfal tas-snin bikrin (mill- Kindergarten sal-Year 3) waqt li s-Sagħtar hu mmirat l-iktar għat-tfal mill-Year 4 sal-Year 8 (u anki ikbar għal min jixtieq).

L-iskejjel huma mitluba jgħaqqdu grupp ta’ 10 abbonamenti jew iktar biex ikunu jistgħu jiġu applikati l-benefiċċji ta’ din l-offerta:

– il-prezz imraħħas ta’ €25 minflok €30 għal kull abbonament
– kopja b’xejn lil-librerija tal-iskola
– jitwasslu l-kopji kollha b’xejn direttament l-iskola

Idħol is-sit tal-Fondazzjoni Sagħtar hawn għal aktar informazzjoni

L-iskejjel li ma jirnexxilhomx jaslu sa 10 abbonamenti huma mitluba jikkuntattjawna fuq korrispondenza@saghtar.org.mt.

Fondazzjoni Sagħtar tirringrazzja lill-edukaturi kollha li jmexxu l-kelma favur il-pubblikazzjonijiet tagħha.

Comments are closed.