info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Flimkien u magħqudin naslu

November 13, 2023 at 10:44 am

Flimkien u magħqudin naslu

L-MUT qed tagħti spjega tal-fatti dwar it-tilwima industrijali fis-seħħ

L-MUT BISS qed tinnegozja f’isem l-edukaturi kollha fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja, għax hi l-union rikonoxxuta mill-awtoritajiet kollha bħala union maġġoritarja.

L-MUT irrifjutat żewġ proposti finanzjarji mingħand il-gvern għaliex ma kinux jibdew mal-wegħda tal-gvern li jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-edukaturi b’mod sostanzjali.

L-MUT għamlet it-tilwima industrijali wara li l-gvern ħassar żewġ laqgħat skedati dwar il-finanzi tal-ftehim mingħajr ma ġie bi proposti.

In-negozjati bejn il-gvern u l-MUT ilhom għaddejjin minn Diċembru 2022 u dan hu tul ta’ żmien biżżejjed sabiex il-gvern jagħti dak li wiegħed.

L-edukaturi kollha fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja huma msejħa sabiex KOLLHA kemm huma jipparteċipaw fl-azzjonijiet industrijali tal-MUT.

L-MUT tibqa’ dejjem tipproteġi l-membri tagħha, il-professjoni u s-settur edukattiv.

Comments are closed.