info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
“Language Partners” għall-proġett DREAMM

May 19, 2022 at 11:15 am

“Language Partners” għall-proġett DREAMM

L-MUT irċeviet dan il-messaġġ għall-membri:

L-Università ta’ Malta bħalissa tinsab involuta fi proġett tal-UE li fih qed jiġi mgħallem il-Malti lil numru ta’ barranin li jgħixu f’pajjiżna. Hekk kif jispiċċaw il-lezzjonijiet, nixtiequ noffru l-opportunità lil dawn l-istudenti biex jipprattikaw il-lingwa waqt sessjonijiet ta’ taħdit li ser isiru minn April tal-2022 ‘il quddiem.

Għaldaqstant qed infittxu nies li jitkellmu bil-Malti u li huma lesti li joffru ftit sigħat mill-ħin tagħhom sabiex b’mod volontarju jsiru “Language Partners”. Is-sessjonijiet jistgħu jsiru individwalment (one-to-one) jew fi gruppi żgħar, onlajn jew fiżikament.

Jekk titħajru kull ma tridu tagħmlu hu li timlew din il-formola HAWN. Nikkuntattjawkom aħna.

N.B. Please note that the Malta Union of Teachers is just helping out in dissemination of information and is not responsible for this initiative or its details. Queries and difficulties on the above should therefore not be directed to the MUT but to the entity/student responsible.

Comments are closed.