April 7, 2021 at 4:58 pm
L-istudenti tal-Year 11 (Form 5) kellhom jingħataw prijorità
Fid-dawl ta’ dak li ġie mħabbar mill-Gvern dwar il-ftuħ tal-iskejjel, l-MUT tixtieq tikkjarifika li fil-proposta tagħha nkludiet li l-istudenti tal-Year 11 (Form 5) għandhom jingħataw prijorità minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Il-fatt li din ma ġietx milqugħha juri li min ta l-parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar liema snin għandhom jiftħu l-ewwel ma jafx x’inhu jiġri fl-iskejjel.
Apparti dan, l-MUT għadha qed titlob id-dettalji dwar l-istess ftuħ, li sa issa għadhom m’humiex qed jingħataw. Mingħajr dawn id-dettalji ma tistax titkompla d-diskussjoni fuq it-triq il-quddiem ħalli l-edukaturi jkunu jistgħu jkomplu bil-preparazzjonijiet tagħhom.