info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jimpika mal-edukaturi – il-laptops waslu f’Diċembru u ma jridx iqassamhom

February 11, 2021 at 2:37 pm

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jimpika mal-edukaturi – il-laptops waslu f’Diċembru u ma jridx iqassamhom

L-MUT qed tipprotesta bil-qawwi dwar il-livell ta’ pika infantili li wasal fiha l-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan meta l-laptops il-ġodda għall-edukaturi tal-iskejjel tal-istat ilhom li waslu minn Diċembru li għadda u l-Ministeru qed jibqa’ ma jqassamhomx lill-edukaturi. Din it-tattika ta’ pika infantili qed issir sinonima ma’ ħafna mid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. Fid-dawl li dan l-apparat huwa daqstant essenzjali għat-tagħlim waqt perijodu bħal dan tal-pandemija, din il-pika qed tissarraf f’sitwazzjonijiet varji fejn edukaturi m’għandhomx biex jaħdmu jew inkella qed jillapazzaw b’apparat li issa għadda żmienu u m’għadux jista’ jaqdi l-ħtiġijiet tat-tagħlim tal-lum. Fl-aħħar mill-aħħar, tali pika m’hu qed twassal għal xejn għajr li l-edukaturi u l-istudenti qed ibatu għalxejn.

Għaldaqstant l-MUT qed tagħti ultimatum lill-Ministru tal-Edukazzjoni sabiex, sa nhar il-Ħamis 18 ta’ Frar, jipprovdi l-iskeda tat-tqassim tal-laptops u li din tkun ta’ sodisfazzjon għall-MUT. Jekk dan ma jseħħx, l-MUT ser tkun qed tordna azzjonijiet industrijali fis-settur.

Comments are closed.