January 27, 2021 at 1:08 pm
Reazzjoni tal-MUT għall-konferenza stampa tal-gvern
L-MUT tinnota r-restrizzjonijiet li għadhom kif tħabbru mill-Gvern għal Frar sabiex titrażżan l-imxija tal-COVID-19. Fid-dawl ta’ dak li ssemma llum mill-gvern, fejn ġie ssuġġerit li l-iskejjel jinżammu miftuħin għall-vaganzi tal-mid-term, l-MUT qed tiċċara li b’mod kategoriku ma laqgħetx dan is-suġġeriment u mhux lesta li tagħmel l-ebda diskussjoni dwar il-kalendarju tal-iskejjel, li joħroġ mill-ftehim settorali u dawk kollettivi li huma stabbiliti.