January 6, 2021 at 8:58 pm
Intimidazzjoni mhux aċċettabbli
Aġġornament: L-MUT hija infurmata li l-Ministeru qabbad lill-Prinċipali tal-iskejjel tal-istat sabiex jordnaw lill-kapijiet tal-iskejjel biex ma jobdux l-istrajk. L-MUT tikkundanna dan l-aġir.
L-MUT hija infurmata li hemm intimidazzjoni fuq edukaturi minn xi membri tal-management tal-iskejjel u oħrajn. Dawn qegħdin jgħidu, fost l-oħrajn, li l-istrajk mhux uffiċjali jew qegħdin jitolbu informazzjoni minn impjegati dwar jekk dawn humiex ser jobdu l-azzjoni industrijali. L-MUT tikkundanna dan l-aġir u ser tibqa’ tirraporta kull azzjoni li tasal għandha. L-MUT lesta wkoll li ssemmi l-ismijiet jekk dan l-aġir jibqa’ għaddej.