info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
It-tnedija ta’ ‘think tank’ dwar il-futur tal-edukazzjoni mingħajr rappreżentanza tal-edukaturi

May 13, 2020 at 1:36 pm

It-tnedija ta’ ‘think tank’ dwar il-futur tal-edukazzjoni mingħajr rappreżentanza tal-edukaturi

L-MUT tagħmel referenza għal ‘think tank’ li għadu kif nieda l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar il-futur tal-edukazzjoni fiċ-ċirkustanzi tal-COVID-19 u lil hinn. L-MUT tinnota li dan it-‘think tank’ kien qiegħed jinħema minn wara dahar kulħadd, inkluż l-MUT u l-imsieħba l-oħra, fejn l-MUT mhix involuta f’dan il-forum. Għaldaqstant l-MUT ma tirrikonoxxix dan il-grupp ta’ ħidma li żgur m’huwiex rappreżentattiv tal-esperjenza fil-qasam u tar-rappreżentanti tas-settur, inkluż l-edukaturi nfushom. L-edukaturi fil-klassi u fl-iskola huma l-esperti u ma jistax ikollok analiżi u riflessjonijiet mingħajr din l-esperjenza vasta tagħhom.

Comments are closed.