info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Direttiva fuq il-Breakfast Club

March 10, 2020 at 12:29 pm

Direttiva fuq il-Breakfast Club

L-MUT qed toħroġ direttiva oħra, din id-darba dwar il-Breakfast Club. L-istudenti li ma kinux qed jattendu l-Breakfast Club fil-ġurnata ta’ qabel għandhom jipprovdu ċertifikat mediku li juri li huma tajbin biex jattendu (fit for school).

AĠĠORNAMENT: L-MUT qed tiċċara dawn il-punti:
– iċ-ċertifikat mediku li qed jintalab biex jattendu l-Breakfast Club huwa l-istess wieħed li jiġi ppreżentat lill-iskola.
– din id-direttiva qed issir sabiex ma jkollniex sitwazzjoni li studenti li ma jifilħux jattendu l-Breakfast Club u wara jitwaqqfu milli jattendu l-iskola.
– l-istudenti li fil-ġurnata ta’ qabel attendew l-iskola normali ma jaqgħux taħt din id-direttiva u m’għandhomx bżonn ċertifikat.

Comments are closed.