info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aktar direttivi mill-MUT fid-dawl tal-COVID-19

March 9, 2020 at 9:30 am

Aktar direttivi mill-MUT fid-dawl tal-COVID-19

L-MUT qed toħroġ sett ta’ direttivi ġodda li huma effettivi b’mod immedjat sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fid-dawl tal-aħbarijiet relatati mal-COVID-19.

Dawn id-direttivi qed jingħataw lill-uffiċjali edukattivi (EOs) u uffiċjali oħra:
– Jitwaqqfu kull konsultazzjoni, taħriġ u attivitajiet oħra li jinkludu l-parteċipazzjoni fi spazju fuq ġewwa ta’ aktar minn tletin student jew edukatur jew ġenitur.

Dawn id-direttivi qed jingħataw lill-kapijiet tal-iskejjel:
– Jitwaqqfu l-attivitajiet kollha li jinkludu l-parteċipazzjoni fi spazju fuq ġewwa ta’ aktar minn tletin student jew edukatur jew ġenitur.
– Jitwaqqfu l-parents days, parents evenings u open days.

Dawn id-direttivi qed jingħataw lill-edukaturi kollha:
– Ma jattendux l-ebda attività li tinkludi aktar minn tletin persuna fi spazju fuq ġewwa, kemm dawk organizzati mill-Ministeru, mill-iskola jew minn xi entità oħra.
– Ma jattendux parents days, parents evenings u open days.

Direttivi diġà fis-seħħ

L-MUT tfakkar ukoll dwar id-direttivi relatati li diġà huma fis-seħħ, li huma dawn:

– Kif maħruġ mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru tas-Saħħa, għandu jkun hemm kwarantina għall-edukaturi u studenti kollha li ġew lura minn pajjiżi/reġjuni li huma fil-lista maħruġa mill-awtoritajiet;
– Homework ma jiġix aċċettat minn studenti ma jifilħux;
– Membri m’għandhomx jipparteċipaw f’attivitajiet tal-massa li jsiru ġewwa, inklużi assemblies, quddies u attivitajiet oħra. In-numru massimu ta’ persuni li għandhom jiġu aċċettati huwa 30 persuna;
– Membri m’għandhomx jipparteċipaw fi ħruġ li jsir fuq ġewwa;
– L-istudenti kollha morda, inklużi dawk f’kindergarten, għandhom jintbagħtu d-dar u ċertifikat li huma tajbin għall-iskola (fit for school) irid jiġi pprovdut biex jerġgħu jiġu aċċettati;
– L-istudenti kollha li ġew lura minn wieħed mill-pajjiżi/reġjuni msemmija mill-awtoritajiet tas-saħħa m’għandhomx jiġu aċċettati fl-iskola;
– Ma ninsewx ukoll il-gwida maħruġa mill-awtoritajiet dwar il-prevenzjoni tal-mard infettiv, fejn l-MUT tirrakkomanda ħasil frekwenti tal-idejn u użu ta’ sanitizers u alcohol rubs.

L-MUT qed tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u ser tkun qed tieħu passi u tagħti aktar informazzjoni lill-membri skont il-ħtieġa. Il-Union terġa’ tappella għall-għaqda bejn l-edukaturi u għas-sapport ta’ xulxin.

Comments are closed.