info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aġġornament Direttiva COVID-19

March 3, 2020 at 12:43 pm

Aġġornament Direttiva COVID-19

B’riferenza għad-direttivi dwar il-coronavirus COVID-19 (araha HAWN).

L-MUT hija infurmata li minkejja d-direttivi ċari hemm skejjel li xorta baqgħu għaddejjin b’attivitajiet tal-massa (jiġifieri aktar minn 30 persuna fuq ġewwa). L-MUT tfakkar li d-direttiva hija ċara u li qed iżżomm lill-organizzaturi ta’ dawn l-attivitajiet responsabbli għal dak li jista’ jinqala’ u li jkun ta’ detriment tal-edukaturi u l-istudenti. Din il-komunikazzjoni inbagħtet ukoll lill-awtoritajiet edukattivi tas-setturi kollha.

Comments are closed.