October 14, 2019 at 7:58 pm
Reazzjoni inizjali tal-MUT: Baġit xott għall-qasam tal-edukazzjoni
L-MUT segwiet b’interess sabiex tara jekk il-proposti li ppreżentat qabel il-baġit tal-lum ġewx milqugħa mill-gvern. Dawn kienu jinkludu:
– inċentivi sabiex żgħażagħ jersqu lejn il-professjoni;
– li tinfetaħ aktar l-eliġibilità tal-iskema tas-sabbatical u jiżdiedu l-fondi allokati għaliha;
– li l-iskejjel li mhumiex tal-Istat jingħataw aktar għajnuna partikolarment riżorsi għat-tagħlim;
– li l-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema jkun sostnut aktar fid-dawl li l-mandat tiegħu ser ikun qed jitwessa’ aktar;
– li jkun hemm investiment fl-infrastruttura tal-iskejjel permezz ta’ sistemi ta’ ventilazzjoni, insulation u arja kkundizzjonata.
Filwaqt li l-ebda proposta minn dawn ma ġiet inkluża, dan il-baġit kien xott wisq fil-qasam tal-edukazzjoni u minflok inkluda proposti f’dan is-sens, baqgħu jissemmew inizjattivi li ilhom li tħabbru s-snin bħal dik tal-My Journey, is-sala tal-iskola ta’ Santa Luċija u l-iskola tal-Qawra. L-MUT tħoss li l-Gvern mhux qed jieħu d-diffikultajiet fil-qasam edukattiv bis-serjetà u b’konsegwenza ta’ dan il-problemi fil-qasam ser ikomplu jiżdiedu.