info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-protokoll għas-sena skolastika 2021-2022

September 7, 2021 at 11:46 am

Reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-protokoll għas-sena skolastika 2021-2022

Kif ġara s-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu l-protokoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel. L-MUT tilqa’ dan, għalkemm ta’ min insemmu li s-sena li għaddiet dawn ħarġu fit-2 ta’ Settembru. Din is-sena, jiġifieri, diġà qegħdin ħamest ijiem aktar tard. Wieħed kien jistenna li la kienet kwistjoni ta’ emendi fuq il-protokoll tas-sena l-oħra, l-affarijiet setgħu tħaffu aktar.

Ix-xogħol tal-MUT issa ser ikun fuq l-implimentazzjoni, partikolarment dwar kjarifiċi u problemi li jistgħu jinħolqu fuq livell prattiku. L-MUT ser tkun qed tanalizza dal-protokoll u t-tibdil fuq is-sena li għaddiet ħalli permezz tat-taħdidiet mas-setturi kollha, inkluż mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, jiġu identifikati u jissolvew issues li l-protokoll ser ikun qiegħed joħloq. L-edukaturi għandhom bżonn is-serħan tal-moħħ ħalli jkunu jistgħu jippjanaw mill-aktar fis ix-xogħol tagħhom, ġaladarba ma setgħux jagħmlu dan qabel ma jkunu jafu x’ser ikun qiegħed jiġri.

L-MUT tirringrazzja lill-membri tas-sapport.

Comments are closed.