info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reazzjoni dwar allegazzjonijiet fil-konfront ta’ LSE

May 13, 2019 at 5:00 pm

Reazzjoni dwar allegazzjonijiet fil-konfront ta’ LSE

L-MUT tixtieq tirreaġixxi għal storja fil-media li fiha ħarġu allegazzjonijiet dwar LSE u l-mod kif ingħad li aġixxiet ma’ tifel partikolari. Wara diskussjoni diretta mal-membru inkwistjoni, l-MUT tiċħad li kien hemm trattament ħażin li seta’ kien ‘il barra mill-parametri tax-xogħol. Mill-informazzjoni li għandha l-Union fil-fatt l-LSE aġixxiet b’mod professjonali fl-interess tal-istudenti f’ċirkostanza fejn it-tifel seta’ weġġa’ lil ħaddiehor inkluż lill-LSE jew lilu nnifsu. Apparti dan l-MUT tfakkar ukoll li l-ebda adult, inkluż il-ġenituri u gwardjani legali, ma jistgħu jidħlu fil-binja tal-iskola mingħajr permess.

Sadattant, l-MUT tappella għal aktar responsabbiltà sabiex it-tfal ma jiġux esposti għal sitwazzjonijiet fejn professjonisti jħossuhom skomdi jaħdmu ma’ ċertu tfal għax jafu li kull ħaġa li tiġri lit-tifel jew tifla ser tiġi mxandra fis-social media bl-aktar mod sensazzjonali. Il-Union tirrikonoxxi li l-edukaturi, inkluż LSEs, jagħmlu ħafna xogħol siewi mingħajr daqq tat-trombi u għandhom għal qalbhom lill-istudenti tagħhom. Jekk imbagħad ikun hemm problemi u diskussjonijiet li hemm bżonn isiru bejn il-ġenituri u l-iskola, dawn għandhom ikunu indirizzati mal-kapijiet tal-iskejjel rispettivi u l-edukaturi skont il-proċeduri stabbiliti.

Comments are closed.