info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
MUT – Viżjoni għall-Edukazzjoni 2023-2027

July 12, 2022 at 11:48 am

MUT – Viżjoni għall-Edukazzjoni 2023-2027

Wara numru ta’ laqgħat preliminari mal-membri f’Ġunju li għadda, fejn ġie diskuss il-proċess relatat man-negozjati tal-ftehim settorali, l-MUT qed tħabbar numru ta’ passi li jmiss f’dan ir-rigward:

– Qabelxejn, l-MUT fi Frar li għadda ppubblikat dokument għall-partiti politiċi b’sittin proposta li ħafna minnhom huma direttament relatati mal-ftehim settorali. Dan id-dokument jinstab HAWN.

– Bħalissa hemm feedback form, imnedija f’Ġunju, li fiha l-membri jistgħu jiktbu s-suġġerimenti u l-kummenti tagħhom. Diġà hemm numru sabiħ ta’ kummenti u l-membri huma mħeġġa jkomplu jagħmlu dan HAWN.

– F’Ottubru li ġej l-MUT ser tkun qed tniedi working groups għall-gradi tal-edukaturi. Dan sabiex jiġi evalwat il-feedback li jkun daħal sa dak iż-żmien u jkomplu jiġu fformulati l-proposti li l-MUT ser tkun qed tipproponi u tiddiskuti fin-negozjati.

– F’Novembru l-MUT ser tkun qed torganizza sensiela ta’ konferenzi mal-gradi tal-edukaturi membri tal-MUT sabiex niddiskutu l-ftehim settorali/kollettiv il-ġdid.

Aktar dettalji dwar dan kollu jkomplu jitħabbru fiż-żmien opportun. L-MUT tirringrazzja lill-membri tas-sostenn u s-sapport kontinwu.

Comments are closed.