May 6, 2021 at 9:36 am
Aġġornat: L-MUT tirraporta video ta’ abbuż sesswali verbali minn student fuq il-media soċjali
L-MUT qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet dwar video li qiegħed jiġi xxerjat fuq il-media soċjali fejn fih student iffilmja lilu nnifsu jagħmel abbuż sesswali verbali fuq l-edukatur tiegħu fil-klassi quddiem sħabu. L-MUT tiddeplora dan l-abbuż, kemm fuq l-edukatur u anki fuq sħabu l-istudenti. Il-union tistenna rispett lejn l-edukaturi u ma tittollera l-ebda tip ta’ abbuż. Fid-dawl ta’ dan, l-MUT għamlet rapport lill-pulizija rigward dan il-video u talbet investigazzjoni mill-aktar fis mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Aktar informazzjoni hekk kif ikun hemm żviluppi.
Aġġornament 12.50pm: L-MUT irċiviet informazzjoni mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn sostna li dan il-filmat, li ġie xxerjat f’dawn l-aħħar sigħat fuq il-media soċjali, imur lura għall-2017 u kien ġie investigat u ttieħdu l-passi mis-sezzjoni tal-Pulizija tas-Cybercrime. L-MUT ssostni li l-passi kollha għandhom jittieħdu sabiex dan il-filmat ma jibqax jiġi ċċirkolat.