info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tagħmel rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar online hate speech u inċitament ta’ vjolenza fuq edukaturi

February 2, 2022 at 10:47 am

L-MUT tagħmel rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar online hate speech u inċitament ta’ vjolenza fuq edukaturi

L-MUT dalgħodu għamlet rapport mal-Kummissarju tal-Pulizija dwar allegat hate speech u inċitament ta’ vjolenza kontra edukaturi partikolari. Dan deher fuq Facebook bħala kumment taħt paġna tal-aħbarijiet fil-sigħat li għaddew. L-MUT qed titlob investigazzjoni flimkien ma’ azzjoni sabiex l-edukaturi msemmija jiġu protetti. L-MUT mhux qed tirriproduċi dak li nkiteb sabiex ma tagħmilx aktar ħsara bit-tixrid tal-kliem ta’ mibegħda, iżda screenshots bid-dettalji kollha ntbagħtu lill-Kummissarju tal-Pulizija.

L-MUT tiġi attakkata fis-social media fuq bażi regolari kull meta tiddefendi d-drittijiet tal-edukaturi u sa issa qatt ma ħadet azzjoni bil-Pulizija. Biss, hate speech u inċitament ta’ vjolenza dirett fuq edukaturi ma jistax jiġi ttollerat u l-każijiet li l-MUT tkun infurmata bihom mill-membri jiġu rrappurtati lill-Pulizija immedjatament.

Comments are closed.