May 13, 2019 at 4:30 pm
It-Tagħlim dwar l-Iżvilupp Personali u Soċjali
Fil-jiem li għaddew il-Malta Union of Teachers ikkomunikat mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol sabiex tiddefendi l-għalliema u l-EOs tal-PSCD minn attakki irresponsabbli li kien hemm fuqhom. Dan wassal ukoll sabiex il-Ministeru anki ħareġ stqarrija bħala reazzjoni fejn spjegat ix-xogħol li jagħmlu dawn il-professjonisti fil-qasam tal-iżvilupp personali u soċjali, li ta’ min jgħid li dan jgħin biex it-tfal jibnu ħiliet importanti li għandu jippreparahom għall-esperjenzi u r-responsabbiltajiet tal-ħajja, fosthom ir-rispett u t-tolleranza.
L-MUT tinnota li sfortunatament fil-media soċjali jingħad ħafna kliem faċli mingħajr rispett u tolleranza, u dan ikompli juri kemm hu importanti aktar minn qatt qabel is-suġġett tal-PSCD. Il-Union tappella mal-membri sabiex iżommu sod u jimxu bil-professjonalità li dejjem juru f’xogħolhom, kemm fil-klassi u anki barra minnha.