info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Impjegati mal-gvern fuq unpaid family-friendly leave ma jistgħux jibagħtu emails minn @Ilearn u @Gov – l-MUT tipprotesta

March 30, 2021 at 11:12 am

Impjegati mal-gvern fuq unpaid family-friendly leave ma jistgħux jibagħtu emails minn @Ilearn u @Gov – l-MUT tipprotesta

L-MUT pprotestat wara li l-Ministeru għall-Edukazzjoni ħabbar miżura tal-gvern li biha l-impjegati li qegħdin fuq unpaid leave, inkluż family-friendly leave, ser jirċievu emails biss u ma jistgħux jibagħtu. Din il-miżura, li qed tiddaħħal b’effett immedjat u mingħajr konsultazzjoni, ser tfisser li filwaqt li l-gvern, bħala employer, ser ikun jista’ jikkomunika mal-impjegati li qegħdin fuq family-friendly leave u ser ikompli jibgħatilhom l-emails, l-istess impjegati ma jistgħux jikkomunikaw lura għax il-faċilità li jibagħtu l-emails twaqqfet. Din il-miżura żgur li ma tagħmilx ġieħ għall-isforzi kollha li saru fil-passat sabiex iddaħħlu family-friendly leave u jikkontrasta ferm ma’ dak li jintqal dwar kemm il-gvern, bħala employer, qed iħaddem miżuri favur il-familji. Issa, b’din il-miżura, l-istess gvern bħala employer qed ineħħi l-faċilità tal-email għall-impjegati tiegħu, basta huma jirċievu l-komunikazzjonijiet tiegħu mingħajr il-possibiltà li jwieġbu lura. Dan ser ifisser iżolament u aċċess limitat għall-informazzjoni għall-impjegati li qegħdin fuq unpaid family-friendly leave għaliex huwa fatt magħruf li impjegati tal-gvern fid-diversi Ministeri jirrispondu biss emails mibgħuta relatati max-xogħol tagħhom mill-indirizz uffiċjali. L-MUT ser tkompli ssegwi u taġġorna l-membri dwar din il-kwistjoni.

Comments are closed.